09 October 2016

Seminar dwar l-esperjenza u d-duttrina mistika ta' Elisabetta tat-Trinità



Eliżabetta Catez twieldet fil-kamp militari ta’ Avord, Franza fit-18 ta’ Lulju 1880.  Kellha karattru sensibli ħafna, trid tgħaddi tagħha u tfur malajr. Meta kellha 7 snin għamlet l-ewwel qrara u għamlet f’moħħha li tiġġieled bis-sħiħ il-karattru tagħha. Hija ssejjaħ dan il-jum ‘il-ġurnata tal-konverżjoni tiegħi’. Din il-ġlieda damet sakemm kellha 19 il-sena. Meta għamlet l-ewwel tqarbina marret ma ommha fil-Karmelu ta’ Dijon fejn is-superjura qaltilha ’Binti hemm misteru kbir moħbi wara ismek… inti jismek Dar ta' Alla. Hemm qegħdin jgħammru t-Tlieta li inti tħobb.’ Minn dak il-jum Sabeth ħasset li Ġesu’ qed isejħilha għall-ħajja dedikata lilu fil-karmelu. Wara ħafna oppożizzjoni minn ommha hija daħlet fil-Karmelu ta’ 21 sena.  Is-sejħa tagħha fil-knisja kienet taraha bħala ‘avvent ieħor’ li jħejji l-Inkarnazzjoni tal-Verb fil-bnedmin. Eliżabetta kienet tgħix dejjem maqgħuda mat-Trinita' li tgħammar fiha u għallmet lil bosta jsibu l-Ġenna tagħhom fuq l-art. Mietet nhar id-9 ta’ Novembru 1906 u ġiet iddikjarata Beata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-25 ta’ Novembru 1984, u qaddisa nhar is-16 ta’ Ottubru 2016 mill-Papa Franġisku.

Il-Carmelite Institute Malta se jimmarka l-kanoniżżazjoni ta’ din il-qaddisa Karmelitana b’seminar mill-4 sas-6 ta’ Novembru 2016 fil-Karmnu tal-Mdina.

Is-seminar jitmexxa minn P. Juan Debono O.C.D. u minn P. Alexander Vella, O.Carm.

Biex tieħu sehem f’dan is-seminar, li huwa offrut b’xejn, jeħtieġ li tapplika fuq l-indirizzi email imniżżla iktar l-isfel.

Min irid jista’ jħalli donazzjoni sabiex jgħinna nkopru l-ispejjeż.

Applikazzjoni fuq:



10 June 2016

Masters programme in Spiritual Theology

For the fourth consecutive time Carmelite Institute Malta will be Partner with the Faculty of Theology in the Programme of studies offering the MA Spirituality Course. The Carmelite Institute Malta will be co-ordinating the Carmelite Stream in this course while contributing also in other study-units which are part of the programme.

Consider applying for an MA in Spirituality opening in the coming academic year 2016-2017.

09 June 2016

Pubblikazzjoni tal-Edizioni Carmelitane mill-Carmelite Institute Malta

L-Għan tal-Carmelite Institute Malta mhuwiex biss wieħed ta' tagħlim, iżda wkoll ta' riċerka. Bħala Istitut formattiv ngħinu lill-istudenti japprofondixxu l-istudji u r-riċerka tagħhom u nħeġġuhom jikkontribwixxu huma wkoll permezz ta' pubblikazzjonijiet. Għaldaqstant bħala Istitut ninċentivaw ukoll l-istudju billi nippublikaw xogħlijiet ta' kalibru akkademiku li joħorġu mill-moħħ u l-pinna tal-istudenti li jsegwu l-korsijiet tagħna. Dan l-aħħar wasalna għal ftehim mal-Edizioni Carmelitane, id-Dar tal-Pubblikazzjoni tal-Institutum Carmelitanum li s-sede tiegħu tinsab f'Ruma li f'kollaborazzjoni magħhom nippublikaw studji magħżula mir-riċerka tal-istudenti tal-Carmelite Institute Malta. Diġà kellna xi studenti li ppublikaw xi artikli fir-Rivista Carmel in the World.

Fil-jiem li ġejjin se tiġi ppublikata edizzjoni kritika b'kummentarju u noti ta' test Karmelitan tas-seklu 16, imsejjaħ Il-Pellegrinaġġ lejn Ġerusalemm. L-awtur ta' dan it-test huwa l-Karmelitan Ian Pascha. Dan il-pellegrinaġġ huwa l-ewwel forma ta' eżerċizzju miktub ta' dik li llum nafuha bħala l-Via Crucis, bid-differenza li fiha stazzjon għal kull jum tal-ġurnata.

Dan l-istudju kritiku bl-Ingliż se jiġi mitbugħ fis-sensiela Carmel in the World Paperbacks.

Korsijiet Sena Akkademika 2016-2017




07 March 2016

Taħdita Pubblika: 450 Sena mit-Twelid ta' S. Marija Maddalena de' Pazzi

Ismu huwa Ħniena: Id-duttrina tal-ħniena f’Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, Karmelitana.

Fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena u f'għeluq l-450 Sena mit-Twelid ta' Santa Marija Maddalena de' Pazzi, 
P. Charlò Camilleri, O.Carm., se jagħti taħdita dwar id-Duttrina tal-Ħniena f'din il-mistika Karmelitana, 
fis-Sala Madonna tal-Karmnu, B’Kara. 
Nhar is-17 ta’ Marzu fis-7.00pm