07 March 2016

Taħdita Pubblika: 450 Sena mit-Twelid ta' S. Marija Maddalena de' Pazzi

Ismu huwa Ħniena: Id-duttrina tal-ħniena f’Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, Karmelitana.

Fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena u f'għeluq l-450 Sena mit-Twelid ta' Santa Marija Maddalena de' Pazzi, 
P. Charlò Camilleri, O.Carm., se jagħti taħdita dwar id-Duttrina tal-Ħniena f'din il-mistika Karmelitana, 
fis-Sala Madonna tal-Karmnu, B’Kara. 
Nhar is-17 ta’ Marzu fis-7.00pm

01 March 2016

Penthos: Sogħba Mdemmgħa Tisfija tar-Ruħ

Fil-Mitoloġija Griega πένθος (penthos) huwa l-ispirtu tan-niket, tal-krib u tal-luttu. Fir-Rabta l-Ġdida nsibu din il-kelma Griega talanqas ħames darbiet fosthom fl-ittra ta’ Ġakbu 4:9 fejn iħeġġeġ biex il-ferħ nibdluh f’niket u luttu ħalli nduru lejn il-Mulej. Mela l-ispirtu tal-penthos iġib miegħu l-indiema u l-koverżjoni lejn Alla. Matul iż-żminijiet it-tradizzjoni nisranija, l-aktar dik tal-Lvant, żviluppat spiritwalità tal-penthos li tmur lil hemm milli wieħed jiddispjaċih u jitlob maħfra. Min jimxi skont dan l-ispirtu jasal għall-bidla sħiħa u radikali tal-qalb. Il-Prof. Martin Zammit, se jmexxina fl-ispirtu ta’ din il-forma ta’ ħajja spiritwali f’seminar imqassam fuq jumejn bejn il-Ġimgħa 11 u s-Sibt 12 ta’ Marzu.

Il-Prof. Martin R. Zammit Djaknu tal-Knisja Griega Kattolika f’Malta u Kap tad-Dipartiment tal-Istudji Orjentali fl-Università ta’ Malta iggradwa mill-istess Università bit-teżi: "A Comparative Lexical Study of Qur’anic Arabic" pubblikata fis-serje Brill’s Handbuch Der Orientalistik. Prof. Zammit huwa riċerkatur fil-qasam tal-ilsna Semitiċi bi speċjalizzazjoni fl- Għarbi u s-Sirjan. Huwa wkoll awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet xjentifiċi.

Biex wieħed jieħu sehem f'dan is-seminar, jeħtieġ li jibbukkja minn qabel fuq: info@carmelitepriory.org

Għal min jixtieq hemm il-possibilità li s-sehem f'dan is-seminar jiġi akkreditat mill-Pastoral Formation Institute mal-Korsijiet offruti mill-Carmelite Institute Malta. Għall-akkreditazzjoni, minbarra l-attendenza għas-seminar tiżdied il-kitba ta' assignment.


Penthos: Sogħba Mdemmgħa, Tisfija tar-Ruħ







01 February 2016

Sanskrit Spirituality Seminar

This seminar, which will span over two weekends, is open to the general public. Lectures will be delivered in English by Prof. Michael Zammit. The second weekend will follow from the first. As a Christian institution, the Carmelite Priory Mdina wishes to expose those who attend to the beauty of other non-Christian spiritualities and, thereby, help people appreciate and respect the diversity and validity of spiritual experiences.


12 October 2015

Thomas Merton Seminar: 100 sena mit-Twelid

Is-sena 2015 timmarka għeluq il-100 sena mit-twelid ta’ Thomas Merton, Monaku Trappista, kittieb prolifiku u magħruf dwar il-ħajja spiritwali u mistika li ħalla marka fuq il-ħajja spiritwali ta’ ħafna fis-seklu għoxrin sa żmienna. Merton bl-esperjenza mistika tiegħu u b’kitbietu kien ukoll għodda li tmexxi ’l quddiem id-djalogu bejn it-tradizzjoni mistika nisranija u dik tal-Lvant Imbiegħed b’rabtiet mal-Buddiżmu, l-Induwiżmu u l-bqija. Merton kien ukoll attivist fejn tidħol il-promozzjoni tal-Paċi fid-dinja u b’kitbietu reġà tefgħalna ħarsitna dwar l-impatt politiku u soċjali tal-esperjenza mistika tal-bniedem magħqud ma’ Alla. Matul din is-sena saru diversi attivitajiet li fakkru dan il-ġgant tal-letteratura spiritwali u mistika fis-seklu għoxrin. Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija flimkien mal-Carmelite Institute Malta se nfakkru lil Thomas Marton b’seminar bejn il-21 u t-22 ta’ Novembru bl-għan li niskopru mill-ġdid dan l-awtur u kitbietu li huma tant attwali għal żminijietna.

It-taħdidiet isiru skont il-ħtieġa ta' min jieħu sehem bil-Malti u bl-Ingliż. Min beħsiebu jieħu sehem jeħtieġlu jibbukkja post billi jikkuntattja l-organiżżaturi fuq info@carmelitepriroy.org jew carmeliteinstitute@gmail.com jew sdcmuseum@gmail.com

Għal aktar informazzjoni iċċekkjaw l-event page fuq facebook.

Thomas Merton Seminar
“I am no prophet, no seer, but...”

PROGRAMM

Is-Sibt 21 ta’ Novembru
10:00 am      Talb tal-Bidu
10:15 am      Thomas Merton il-Bniedem: Daħla Bijografika
                     Jürgen Cucciardi, O.Carm.
11:00 am      Pawsa
11:15 am      Qari individwali mill-kitbiet ta’ Thomas Merton
12:15 pm      Quddies
                     Jürgen Cucciardi, O.Carm.
1:15 pm        Ikel
3:00 pm        Thomas Merton Attivist Soċjali
                      Mario Gerada
3:45 pm         Pawsa
4:00 pm         Thomas Merton: A Film Biography
5:00 pm         Talb ta’ Konklużjoni

Il-Ħadd 22 ta’ Novembru
9:30 am         Talb tal-Bidu
9:45 am         Thomas Merton Kittieb
                      Natalino Camilleri, Sdc
10:30 am       Qari individwali mill-kitbiet ta’ Thomas Merton
11: 15 am      Pawsa
11:30 am       Qsim tal-Qari u r-Riflessjonijiet Personali fi gruppi
12:30 pm       Quddies
                      Charlò Camilleri, O.Carm.
1:30 pm         Ikel
3:00 pm         Thomas Merton il-Mistiku: L-Influss Karmelitan
                       Charlò Camilleri, O.Carm.
3:45 pm          Pawsa
4:00 pm          Film: The Many Storeys and the Last Days of Thomas Merton
5:00 pm          Adorazzjoni u Talb ta’ Konklużjoni



19 June 2015

Programm tal-Lezzjonijiet tal-Ewwel Sena tal-Kors

Programm tal-lezzjonijiet
2015-2016

Modules
Il-modules tal-ewwel sena jingħataw f’forma ta’ ġurnata seminar u jinqasmu f’sessjonijiet ta’ 45min-il waħda. Ikollna ħin għall-quddiesa u pawsiet għall-kafè u l-ikel ta’ nofsinhar

L-Ewwel Sena
  Il-Ħidma t’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja tal-Bniedem
     Lettur: P. Manwel Schembri, O.C.D.
      
Dan il-module jesplora l-misteru tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla lill-bniedem waqt li jippreżenta temi dinamiċi li juru l-modi ta’ kif Alla wera lilu nnifsu matul iż-żminijiet biex jidħol f’relazzjoni mal-bniedem u jikkomunika miegħu.


Is-Sibt 3 ta’ Ottubru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm

It-Tweġiba tal-Bniedem lil Alla

Lettur: P. Juan Debono, O.C.D.
      
Dan il-module jesplora kif il-bniedem matul iż-żminjiet laqa’ r-rivelazzjoni gradwali ta’ Alla u jidħol fid-dinamiċità ta’ dan il-ftuħ għal din il-ftuħ għall-misteru tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla. Dan il-proċess dinamiku jinkludi passi ‘il quddiem fil-mixja tal-bniedem lejn Alla, reżistenzi, u passi lura li l-bniedem jagħti sa ma jasal għal tweġiba tal-għotja sħiħa lil Alla.

Is-Sibt 14 ta’ Novembru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
L-Istorja tal-Ispiritwalità Nisranija

    Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
      
F’dan il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn kuntesti storiċi u persunaġġi ewlwnija li sawwru l-ġrajja tal-Ispiritwalità Nisranija matul żewġ millennji. Il-Perjodi li se jiġu trattati huma:
1.     Iż-Żmien Patristiku
2.     Iż-Żminijiet tan-Nofs
3.     Iż-Żmien Modern
4.     Iż-Żmien Post-Modern


Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra
Diversi letturi esperti fit-tradizzjoni rispettiva tagħhom. Ko-ordinaturi P. Alexander Vella, O.Carm. u P. Glen Attard, O.Carm.
      
F’dan il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tradizzjoni Lhudija, Ortodossa, Anglikana u Iżlamika. L-għan huwa li naraw perspettivi differenti ta’ kif il-bniedem jagħmel esperjenza ta’ Alla fil-ħajja tal-fidi u f’kuntest ta’ reliġjon.

Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
It-Tfittxija t’ Alla fid-Dinja Kontemporanja
Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
      
F’dan il-module nippruvaw inwieġbu l-mistoqsija dwar jekk il-bniedem għadux ifittex lil Alla. Jekk iva, kif? Jekk le, għaliex? X’inhuma s-sinjali u s-sensibilitajiet li għandna nfittxu li ngħarfu fid-dinja ta’ żmienna biex ngħinu lill-bniedem ta’ llum ifittex lil Alla.

Is-Sibt 13 ta’ Frar 2016
09.30am – 12.15pm

02.30pm – 06.00pm