12 October 2015

Thomas Merton Seminar: 100 sena mit-Twelid

Is-sena 2015 timmarka għeluq il-100 sena mit-twelid ta’ Thomas Merton, Monaku Trappista, kittieb prolifiku u magħruf dwar il-ħajja spiritwali u mistika li ħalla marka fuq il-ħajja spiritwali ta’ ħafna fis-seklu għoxrin sa żmienna. Merton bl-esperjenza mistika tiegħu u b’kitbietu kien ukoll għodda li tmexxi ’l quddiem id-djalogu bejn it-tradizzjoni mistika nisranija u dik tal-Lvant Imbiegħed b’rabtiet mal-Buddiżmu, l-Induwiżmu u l-bqija. Merton kien ukoll attivist fejn tidħol il-promozzjoni tal-Paċi fid-dinja u b’kitbietu reġà tefgħalna ħarsitna dwar l-impatt politiku u soċjali tal-esperjenza mistika tal-bniedem magħqud ma’ Alla. Matul din is-sena saru diversi attivitajiet li fakkru dan il-ġgant tal-letteratura spiritwali u mistika fis-seklu għoxrin. Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija flimkien mal-Carmelite Institute Malta se nfakkru lil Thomas Marton b’seminar bejn il-21 u t-22 ta’ Novembru bl-għan li niskopru mill-ġdid dan l-awtur u kitbietu li huma tant attwali għal żminijietna.

It-taħdidiet isiru skont il-ħtieġa ta' min jieħu sehem bil-Malti u bl-Ingliż. Min beħsiebu jieħu sehem jeħtieġlu jibbukkja post billi jikkuntattja l-organiżżaturi fuq info@carmelitepriroy.org jew carmeliteinstitute@gmail.com jew sdcmuseum@gmail.com

Għal aktar informazzjoni iċċekkjaw l-event page fuq facebook.

Thomas Merton Seminar
“I am no prophet, no seer, but...”

PROGRAMM

Is-Sibt 21 ta’ Novembru
10:00 am      Talb tal-Bidu
10:15 am      Thomas Merton il-Bniedem: Daħla Bijografika
                     Jürgen Cucciardi, O.Carm.
11:00 am      Pawsa
11:15 am      Qari individwali mill-kitbiet ta’ Thomas Merton
12:15 pm      Quddies
                     Jürgen Cucciardi, O.Carm.
1:15 pm        Ikel
3:00 pm        Thomas Merton Attivist Soċjali
                      Mario Gerada
3:45 pm         Pawsa
4:00 pm         Thomas Merton: A Film Biography
5:00 pm         Talb ta’ Konklużjoni

Il-Ħadd 22 ta’ Novembru
9:30 am         Talb tal-Bidu
9:45 am         Thomas Merton Kittieb
                      Natalino Camilleri, Sdc
10:30 am       Qari individwali mill-kitbiet ta’ Thomas Merton
11: 15 am      Pawsa
11:30 am       Qsim tal-Qari u r-Riflessjonijiet Personali fi gruppi
12:30 pm       Quddies
                      Charlò Camilleri, O.Carm.
1:30 pm         Ikel
3:00 pm         Thomas Merton il-Mistiku: L-Influss Karmelitan
                       Charlò Camilleri, O.Carm.
3:45 pm          Pawsa
4:00 pm          Film: The Many Storeys and the Last Days of Thomas Merton
5:00 pm          Adorazzjoni u Talb ta’ Konklużjoni



19 June 2015

Programm tal-Lezzjonijiet tal-Ewwel Sena tal-Kors

Programm tal-lezzjonijiet
2015-2016

Modules
Il-modules tal-ewwel sena jingħataw f’forma ta’ ġurnata seminar u jinqasmu f’sessjonijiet ta’ 45min-il waħda. Ikollna ħin għall-quddiesa u pawsiet għall-kafè u l-ikel ta’ nofsinhar

L-Ewwel Sena
  Il-Ħidma t’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja tal-Bniedem
     Lettur: P. Manwel Schembri, O.C.D.
      
Dan il-module jesplora l-misteru tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla lill-bniedem waqt li jippreżenta temi dinamiċi li juru l-modi ta’ kif Alla wera lilu nnifsu matul iż-żminijiet biex jidħol f’relazzjoni mal-bniedem u jikkomunika miegħu.


Is-Sibt 3 ta’ Ottubru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm

It-Tweġiba tal-Bniedem lil Alla

Lettur: P. Juan Debono, O.C.D.
      
Dan il-module jesplora kif il-bniedem matul iż-żminjiet laqa’ r-rivelazzjoni gradwali ta’ Alla u jidħol fid-dinamiċità ta’ dan il-ftuħ għal din il-ftuħ għall-misteru tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla. Dan il-proċess dinamiku jinkludi passi ‘il quddiem fil-mixja tal-bniedem lejn Alla, reżistenzi, u passi lura li l-bniedem jagħti sa ma jasal għal tweġiba tal-għotja sħiħa lil Alla.

Is-Sibt 14 ta’ Novembru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
L-Istorja tal-Ispiritwalità Nisranija

    Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
      
F’dan il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn kuntesti storiċi u persunaġġi ewlwnija li sawwru l-ġrajja tal-Ispiritwalità Nisranija matul żewġ millennji. Il-Perjodi li se jiġu trattati huma:
1.     Iż-Żmien Patristiku
2.     Iż-Żminijiet tan-Nofs
3.     Iż-Żmien Modern
4.     Iż-Żmien Post-Modern


Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra
Diversi letturi esperti fit-tradizzjoni rispettiva tagħhom. Ko-ordinaturi P. Alexander Vella, O.Carm. u P. Glen Attard, O.Carm.
      
F’dan il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tradizzjoni Lhudija, Ortodossa, Anglikana u Iżlamika. L-għan huwa li naraw perspettivi differenti ta’ kif il-bniedem jagħmel esperjenza ta’ Alla fil-ħajja tal-fidi u f’kuntest ta’ reliġjon.

Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
It-Tfittxija t’ Alla fid-Dinja Kontemporanja
Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
      
F’dan il-module nippruvaw inwieġbu l-mistoqsija dwar jekk il-bniedem għadux ifittex lil Alla. Jekk iva, kif? Jekk le, għaliex? X’inhuma s-sinjali u s-sensibilitajiet li għandna nfittxu li ngħarfu fid-dinja ta’ żmienna biex ngħinu lill-bniedem ta’ llum ifittex lil Alla.

Is-Sibt 13 ta’ Frar 2016
09.30am – 12.15pm

02.30pm – 06.00pm