Programm
tal-lezzjonijiet
2015-2016
Modules
Il-modules tal-ewwel sena jingħataw f’forma ta’ ġurnata seminar u jinqasmu
f’sessjonijiet ta’ 45min-il waħda.
Ikollna ħin
għall-quddiesa
u pawsiet għall-kafè
u l-ikel ta’ nofsinhar
L-Ewwel Sena
• Il-Ħidma t’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja
tal-Bniedem
Lettur: P. Manwel Schembri, O.C.D.
Dan
il-module jesplora l-misteru
tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla lill-bniedem waqt li jippreżenta temi dinamiċi li juru l-modi ta’ kif Alla wera lilu
nnifsu matul iż-żminijiet biex jidħol f’relazzjoni mal-bniedem u
jikkomunika miegħu.
Is-Sibt
3 ta’ Ottubru 2015
09.30am
– 12.15pm
02.30pm
– 06.00pm
• It-Tweġiba
tal-Bniedem lil Alla
Lettur: P. Juan Debono, O.C.D.
Dan
il-module jesplora kif il-bniedem
matul iż-żminjiet laqa’ r-rivelazzjoni gradwali
ta’ Alla u jidħol
fid-dinamiċità
ta’ dan il-ftuħ għal din il-ftuħ għall-misteru
tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla. Dan il-proċess dinamiku jinkludi passi ‘il quddiem
fil-mixja tal-bniedem lejn Alla, reżistenzi,
u passi lura li l-bniedem jagħti
sa ma jasal għal
tweġiba
tal-għotja
sħiħa lil Alla.
Is-Sibt
14 ta’ Novembru 2015
09.30am
– 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• L-Istorja
tal-Ispiritwalità Nisranija
Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
F’dan
il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn kuntesti storiċi u persunaġġi ewlwnija li sawwru l-ġrajja tal-Ispiritwalità Nisranija matul
żewġ millennji. Il-Perjodi li
se jiġu
trattati huma:
1.
Iż-Żmien Patristiku
2. Iż-Żminijiet
tan-Nofs
3. Iż-Żmien
Modern
4. Iż-Żmien
Post-Modern
Is-Sibt
5 ta’ Diċembru
2015
09.30am
– 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra
Diversi letturi esperti fit-tradizzjoni rispettiva
tagħhom.
Ko-ordinaturi P. Alexander Vella, O.Carm. u P. Glen Attard, O.Carm.
F’dan
il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tradizzjoni Lhudija,
Ortodossa, Anglikana u Iżlamika.
L-għan huwa li naraw perspettivi differenti ta’ kif il-bniedem jagħmel
esperjenza ta’ Alla fil-ħajja tal-fidi u f’kuntest ta’ reliġjon.
Is-Sibt
23 ta’ Jannar 2016
09.30am
– 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• It-Tfittxija t’
Alla fid-Dinja Kontemporanja
Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
F’dan
il-module nippruvaw inwieġbu l-mistoqsija dwar jekk il-bniedem għadux ifittex lil Alla. Jekk iva, kif?
Jekk le, għaliex?
X’inhuma s-sinjali u s-sensibilitajiet li għandna nfittxu li ngħarfu fid-dinja ta’ żmienna biex ngħinu lill-bniedem ta’ llum ifittex lil
Alla.
Is-Sibt
13 ta’ Frar 2016
09.30am
– 12.15pm
02.30pm – 06.00pm