This seminar, which will span over two weekends, is open to the general public. Lectures will be delivered in English by Prof. Michael Zammit. The second weekend will follow from the first. As a Christian institution, the Carmelite Priory Mdina wishes to expose those who attend to the beauty of other non-Christian spiritualities and, thereby, help people appreciate and respect the diversity and validity of spiritual experiences.
The Carmelite Institute Malta, was founded on 4 October 2008, as a collaborative effort between the Maltese Carmelite Province and of the Maltese Province of Discalced Carmelites. Aiming at promoting in Malta the study of Carmelite spirituality and tradition, as from 2017 it is run by the Maltese Carmelite Province.
01 February 2016
12 October 2015
Thomas Merton Seminar: 100 sena mit-Twelid
Is-sena
2015 timmarka għeluq il-100 sena mit-twelid ta’ Thomas Merton, Monaku
Trappista, kittieb prolifiku u magħruf dwar il-ħajja spiritwali u mistika li
ħalla marka fuq il-ħajja spiritwali ta’ ħafna fis-seklu għoxrin sa żmienna.
Merton bl-esperjenza mistika tiegħu u b’kitbietu kien ukoll għodda li tmexxi ’l
quddiem id-djalogu bejn it-tradizzjoni mistika nisranija u dik tal-Lvant
Imbiegħed b’rabtiet mal-Buddiżmu, l-Induwiżmu u l-bqija. Merton kien ukoll
attivist fejn tidħol il-promozzjoni tal-Paċi fid-dinja u b’kitbietu reġà
tefgħalna ħarsitna dwar l-impatt politiku u soċjali tal-esperjenza mistika
tal-bniedem magħqud ma’ Alla. Matul din is-sena saru diversi attivitajiet li
fakkru dan il-ġgant tal-letteratura spiritwali u mistika fis-seklu għoxrin. Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija flimkien
mal-Carmelite Institute Malta se
nfakkru lil Thomas Marton b’seminar bejn il-21 u t-22 ta’ Novembru bl-għan li
niskopru mill-ġdid dan l-awtur u kitbietu li huma tant attwali għal
żminijietna.
It-taħdidiet
isiru skont il-ħtieġa ta' min jieħu sehem bil-Malti u bl-Ingliż. Min beħsiebu jieħu sehem jeħtieġlu jibbukkja post billi
jikkuntattja l-organiżżaturi fuq info@carmelitepriroy.org jew carmeliteinstitute@gmail.com
jew sdcmuseum@gmail.com
Għal aktar informazzjoni iċċekkjaw l-event page fuq facebook.
Thomas Merton Seminar
“I am no prophet, no seer,
but...”
PROGRAMM
Is-Sibt 21
ta’ Novembru
10:00 am Talb tal-Bidu
10:15 am Thomas Merton il-Bniedem:
Daħla Bijografika
Jürgen Cucciardi, O.Carm.
11:00 am Pawsa
11:15 am Qari individwali mill-kitbiet ta’ Thomas Merton
12:15 pm Quddies
Jürgen Cucciardi, O.Carm.
1:15 pm Ikel
3:00 pm Thomas Merton Attivist
Soċjali
Mario Gerada
3:45 pm Pawsa
4:00 pm Thomas Merton: A Film
Biography
5:00 pm Talb ta’ Konklużjoni
Il-Ħadd 22
ta’ Novembru
9:30 am Talb tal-Bidu
9:45 am Thomas Merton Kittieb
Natalino Camilleri, Sdc
10:30 am Qari individwali mill-kitbiet ta’ Thomas Merton
11: 15 am Pawsa
11:30 am Qsim tal-Qari u r-Riflessjonijiet Personali fi gruppi
12:30 pm Quddies
Charlò Camilleri, O.Carm.
1:30 pm Ikel
3:00 pm Thomas Merton
il-Mistiku: L-Influss Karmelitan
Charlò Camilleri, O.Carm.
3:45 pm Pawsa
4:00 pm Film: The Many Storeys
and the Last Days of Thomas Merton
5:00 pm Adorazzjoni u Talb ta’ Konklużjoni
19 June 2015
Programm tal-Lezzjonijiet tal-Ewwel Sena tal-Kors
Programm
tal-lezzjonijiet
2015-2016
Modules
Il-modules tal-ewwel sena jingħataw f’forma ta’ ġurnata seminar u jinqasmu
f’sessjonijiet ta’ 45min-il waħda.
Ikollna ħin
għall-quddiesa
u pawsiet għall-kafè
u l-ikel ta’ nofsinhar
L-Ewwel Sena
• Il-Ħidma t’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja
tal-Bniedem
Lettur: P. Manwel Schembri, O.C.D.
Dan
il-module jesplora l-misteru
tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla lill-bniedem waqt li jippreżenta temi dinamiċi li juru l-modi ta’ kif Alla wera lilu
nnifsu matul iż-żminijiet biex jidħol f’relazzjoni mal-bniedem u
jikkomunika miegħu.
Is-Sibt
3 ta’ Ottubru 2015
09.30am
– 12.15pm
02.30pm
– 06.00pm
• It-Tweġiba
tal-Bniedem lil Alla
Lettur: P. Juan Debono, O.C.D.
Dan
il-module jesplora kif il-bniedem
matul iż-żminjiet laqa’ r-rivelazzjoni gradwali
ta’ Alla u jidħol
fid-dinamiċità
ta’ dan il-ftuħ għal din il-ftuħ għall-misteru
tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla. Dan il-proċess dinamiku jinkludi passi ‘il quddiem
fil-mixja tal-bniedem lejn Alla, reżistenzi,
u passi lura li l-bniedem jagħti
sa ma jasal għal
tweġiba
tal-għotja
sħiħa lil Alla.
Is-Sibt
14 ta’ Novembru 2015
09.30am
– 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• L-Istorja
tal-Ispiritwalità Nisranija
Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
F’dan
il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn kuntesti storiċi u persunaġġi ewlwnija li sawwru l-ġrajja tal-Ispiritwalità Nisranija matul
żewġ millennji. Il-Perjodi li
se jiġu
trattati huma:
1.
Iż-Żmien Patristiku
2. Iż-Żminijiet
tan-Nofs
3. Iż-Żmien
Modern
4. Iż-Żmien
Post-Modern
Is-Sibt
5 ta’ Diċembru
2015
09.30am
– 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra
Diversi letturi esperti fit-tradizzjoni rispettiva
tagħhom.
Ko-ordinaturi P. Alexander Vella, O.Carm. u P. Glen Attard, O.Carm.
F’dan
il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tradizzjoni Lhudija,
Ortodossa, Anglikana u Iżlamika.
L-għan huwa li naraw perspettivi differenti ta’ kif il-bniedem jagħmel
esperjenza ta’ Alla fil-ħajja tal-fidi u f’kuntest ta’ reliġjon.
Is-Sibt
23 ta’ Jannar 2016
09.30am
– 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
• It-Tfittxija t’
Alla fid-Dinja Kontemporanja
Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
F’dan
il-module nippruvaw inwieġbu l-mistoqsija dwar jekk il-bniedem għadux ifittex lil Alla. Jekk iva, kif?
Jekk le, għaliex?
X’inhuma s-sinjali u s-sensibilitajiet li għandna nfittxu li ngħarfu fid-dinja ta’ żmienna biex ngħinu lill-bniedem ta’ llum ifittex lil
Alla.
Is-Sibt
13 ta’ Frar 2016
09.30am
– 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
Subscribe to:
Posts (Atom)


