Għal din is-sena wkoll il-Carmelite
Institute Malta qiegħed joffri korsijiet ta’ formazzjoni għall-ħajja
spiritwali lill-pubbliku in ġenerali. F’ ħidma mal-Pastoral Formation Institute qed tingħata l-possibilità, għal min
irid, li dawn il-korsijiet ikunu akkreditati bħala Higher Education Certificate Award skont il-Malta Qualifications Framework.
Tibqa’ l-possibilità li wieħed jattendi biss għal dawn il-korsijiet mingħajr
ma japplika għal Higher Education Award.
F’dan il-każ jingħata ċertifikat tas-sehem fil-modules.
Is-Sena Akkademika fil-Carmelite
Institute Malta tiftaħ nhar il-5 ta’ Ottubru 2015. fil-Kunvent tal-Karmnu,
l-Imdina, li huwa s-sede tal-Carmelite
Institute Malta.
Kors Bażiku ta’ Spiritwalità Karmelitana
Il-kors jinqasam fuq sentejn u jsir f’forma ta’ seminar modules.
L-applikazzjoni għal Higher
Education Certificate Award tiswa 100 Ewro per annum li tinkludi l-modules,
is-sehem fl-elective modules u
l-materjal għall-istudju, kif ukoll faċilità tal-użu tal-Bibljoteka. Għal min
jixtieq jattendi l-lezzjonijiet biss mingħajr ma japplika għall- Higher Education Certificate Award l-applikazzjoni
tiswa’ 60 Ewro. Il-ħlas jista’ jinqasam mal-bidu ta’ kull semestru jew ukoll
jinqasam mal-bidu ta’ kull module.
Għal min jixtieq jattendi għal-modules
speċifiki biss l-appikazzjoni tiswa’ 20 Ewro għal kull module.
Mal-applikazzjoni jintbagħat il-programm dettaljat tad-dati u
l-ħinijiet li fihom isiru s-seminar
modules
Modules
L-Ewwel
Selezzjoni
Modules
1.Il-Ħidma ta’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja
tal-Bniedem
2.It-Tweġiba tal-Bniedem lil Alla
3.L-Istorja tal-Ispiritwalità Nisranija
4.Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra:
5.It-Tfittxija
ta’ Alla fid-Dinja Kontemporanja
It-Tieni
Selezzjoni
Modules
1. Il-Pedamenti u l-Qċaċet tal-Ispiritwalità
Karmelitana
2. L-Iżvilupp tal-Iskejjel tal-Ħajja tat-Talb
fit-Tradizzjoni Karmelitana
3. Il-Kontemplazzjoni fil-Karmelu: Twaħħid
mas-Salib ta’ Ġesù
4. Il-Proċess ta’ Trasformazzjoni
Elective Modules
(għażla ta’
tnejn)
5. Santa Tereża ta’ Ġesù: Il-Ktieb tal-Għamajjar
5. Santa Tereża ta’ Ġesù: Il-Ktieb tal-Għamajjar
6.Santa Tereża ta’ Ġesù: Il-Ktieb tal-Ħajja
7.Il-Verġni Marija fil-Ħajja Spiritwali
8. Il-Fidi fl-Esperjenza tagħna ta’ Alla
9. L-Ispiritwalità u l-Allegorija
Il-lingwa li biħ jingħata l-kors:
Malti u bl-Ingliż skont
il-ħtieġa
Post fejn isiru il-Korsijiet:
Carmelite Institute Malta, Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegiagnon, L-Imdina.
Għal aktar
informazzjoni u biex tirċievi l-prsopectus ikkuntattja lil
Carmelite
Institute Malta:
Mob.: 79253316



