04 June 2015

KORS BAŻIKU TA' SPIRITWALITÀ KARMELITANA - 2015-2016

Għal din is-sena wkoll il-Carmelite Institute Malta qiegħed joffri korsijiet ta’ formazzjoni għall-ħajja spiritwali lill-pubbliku in ġenerali. F’ ħidma mal-Pastoral Formation Institute qed tingħata l-possibilità, għal min irid, li dawn il-korsijiet ikunu akkreditati bħala Higher Education Certificate Award skont il-Malta Qualifications Framework.
Tibqa’ l-possibilità li wieħed jattendi biss għal dawn il-korsijiet mingħajr ma japplika għal Higher Education Award. F’dan il-każ jingħata ċertifikat tas-sehem fil-modules.
Is-Sena Akkademika fil-Carmelite Institute Malta tiftaħ nhar il-5 ta’ Ottubru 2015. fil-Kunvent tal-Karmnu, l-Imdina, li huwa s-sede tal-Carmelite Institute Malta.
Kors Bażiku ta’ Spiritwalità Karmelitana

Il-kors jinqasam fuq sentejn u jsir f’forma ta’ seminar modules.

L-applikazzjoni għal Higher Education Certificate Award tiswa 100 Ewro per annum li tinkludi l-modules, is-sehem fl-elective modules u l-materjal għall-istudju, kif ukoll faċilità tal-użu tal-Bibljoteka. Għal min jixtieq jattendi l-lezzjonijiet biss mingħajr ma japplika għall- Higher Education Certificate Award l-applikazzjoni tiswa’ 60 Ewro. Il-ħlas jista’ jinqasam mal-bidu ta’ kull semestru jew ukoll jinqasam mal-bidu ta’ kull module.

Għal min jixtieq jattendi għal-modules speċifiki biss l-appikazzjoni tiswa’ 20 Ewro għal kull module. 

Mal-applikazzjoni jintbagħat il-programm dettaljat tad-dati u l-ħinijiet li fihom isiru s-seminar modules

Modules
L-Ewwel Selezzjoni

Modules                                                                                       
1.Il-Ħidma ta’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja tal-Bniedem                     
2.It-Tweġiba tal-Bniedem lil Alla                                              
3.L-Istorja tal-Ispiritwalità Nisranija
4.Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra:
 5.It-Tfittxija ta’ Alla fid-Dinja Kontemporanja    
                   
It-Tieni Selezzjoni
Modules                                                                                       
1. Il-Pedamenti u l-Qċaċet tal-Ispiritwalità Karmelitana       
2. L-Iżvilupp tal-Iskejjel tal-Ħajja tat-Talb fit-Tradizzjoni Karmelitana  
3. Il-Kontemplazzjoni fil-Karmelu: Twaħħid mas-Salib ta’ Ġesù
4. Il-Proċess ta’ Trasformazzjoni
                                                                                                     

Elective Modules (għażla ta’ tnejn)
5. Santa Tereża ta’ Ġesù: Il-Ktieb tal-Għamajjar
6.Santa Tereża ta’ Ġesù: Il-Ktieb tal-Ħajja
7.Il-Verġni Marija fil-Ħajja Spiritwali
8. Il-Fidi fl-Esperjenza tagħna ta’ Alla
9. L-Ispiritwalità u l-Allegorija
                                                                                                     
                                                                                                                          
Il-lingwa li biħ jingħata l-kors:
Malti  u bl-Ingliż skont il-ħtieġa

Post fejn isiru il-Korsijiet:
Carmelite Institute Malta, Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegiagnon, L-Imdina.
Għal aktar informazzjoni u biex tirċievi l-prsopectus ikkuntattja lil
Carmelite Institute Malta:

Mob.: 79253316

22 September 2014

Henri Nouwen Seminar – Christ Centred Leadership

SEMINAR ON HENRI NOUWEN – MODULE 2 – CHRIST CENTRED LEADERSHIP

Henri Nouwen ( 1932 – 1996 ) is regarded as one of the most influential spiritual writers in the contemporary Christian world. As a pastoral psychologist, Nouwen articulated the human condition of woundednesss as an opportunity and invitation for growth in imitation of Christ. During the seminar, we will explore Nouwen’s major notions known as ‘spirituality of imperfection’ from the point of interconnection between God – Self – Others.

LOCATION - Carmelite Priory - Mdina
DATE - Saturday 1st - Sunday 2nd November 2014
PRICE - Free Entrance

INTERESTED PERSON FOR THIS SEMINAR ARE TO BOOK THEIR PLACE BY PHONING ON 99071302 OR EMAIL CARMELITEINSTITUTE@GMAIL.COM.


Il-Ħidma t’Alla fil-Ħajja tal-Bniedem

Dan il-module maqsum f’żewġ sibtijiet isir f’ forma ta’ seminar u jittratta dwar l-istorja ta’ kif Alla rrivela lilu nnifsu fl-istorja tal-bniedem.

Is-seminar jista’ jsir bħala module għalih jew inkella bħala parti mill-Kors Bażiku ta’ Spiritwalità Karmelitana mifrux fuq medda ta’ sentejn.

Post - Carmelite Institute Mdina
Dati - Is-Sibt 18 u 25 ta' Ottubru
Hin - 9:30am - 4:30pm
Prezz - 15 Euros

Wiehed jista’ japplika ghal dan il-kors fuq carmeliteinstitute@gmail.com


Pedamenti u Qċaċet tal-Ispiritwalita’ Karmelitana

Dan il-module jiftaħ il-kors dwar l-Ispiritwalità Karmelitana u jintroduċi lil min jieħu sehem fl-istorja tal-Ispiritwalità Karmelitana u l-figuri u l-kitbiet l-aktar importanti.

Wieħed jista’ jagħmel dan il-module waħdu jew ikompli l-modules l-oħra dwar l-Ispiritwalità Karmelitana matul is-sena.

Post - Carmelite Institute Mdina
Dati - Nhar ta' Tnejn. bejn is- 6 ta' Ottubru - 17 ta' Novembru 2014
Hin - 18:00 - 20:00
Prezz - 15 Euros

Wiehed jista’ japplika ghal dan il-module fuq carmeliteinstitute@gmail.com


19 June 2014

Master of Arts in Spirituality (Carmelite Spirituality)

Master of Arts in Spirituality (Carmelite Spirituality)
Commencing October 2014 on a Part-Time Evening basis (6 semesters)


If you would like to apply for this course and see the programme of studies please click here and you will be directed to the University of Malta's website

More information on the course is also listed on the Carmelite Priory Mdina website