09 June 2016

Pubblikazzjoni tal-Edizioni Carmelitane mill-Carmelite Institute Malta

L-Għan tal-Carmelite Institute Malta mhuwiex biss wieħed ta' tagħlim, iżda wkoll ta' riċerka. Bħala Istitut formattiv ngħinu lill-istudenti japprofondixxu l-istudji u r-riċerka tagħhom u nħeġġuhom jikkontribwixxu huma wkoll permezz ta' pubblikazzjonijiet. Għaldaqstant bħala Istitut ninċentivaw ukoll l-istudju billi nippublikaw xogħlijiet ta' kalibru akkademiku li joħorġu mill-moħħ u l-pinna tal-istudenti li jsegwu l-korsijiet tagħna. Dan l-aħħar wasalna għal ftehim mal-Edizioni Carmelitane, id-Dar tal-Pubblikazzjoni tal-Institutum Carmelitanum li s-sede tiegħu tinsab f'Ruma li f'kollaborazzjoni magħhom nippublikaw studji magħżula mir-riċerka tal-istudenti tal-Carmelite Institute Malta. Diġà kellna xi studenti li ppublikaw xi artikli fir-Rivista Carmel in the World.

Fil-jiem li ġejjin se tiġi ppublikata edizzjoni kritika b'kummentarju u noti ta' test Karmelitan tas-seklu 16, imsejjaħ Il-Pellegrinaġġ lejn Ġerusalemm. L-awtur ta' dan it-test huwa l-Karmelitan Ian Pascha. Dan il-pellegrinaġġ huwa l-ewwel forma ta' eżerċizzju miktub ta' dik li llum nafuha bħala l-Via Crucis, bid-differenza li fiha stazzjon għal kull jum tal-ġurnata.

Dan l-istudju kritiku bl-Ingliż se jiġi mitbugħ fis-sensiela Carmel in the World Paperbacks.

No comments:

Post a Comment