19 June 2015

Programm tal-Lezzjonijiet tal-Ewwel Sena tal-Kors

Programm tal-lezzjonijiet
2015-2016

Modules
Il-modules tal-ewwel sena jingħataw f’forma ta’ ġurnata seminar u jinqasmu f’sessjonijiet ta’ 45min-il waħda. Ikollna ħin għall-quddiesa u pawsiet għall-kafè u l-ikel ta’ nofsinhar

L-Ewwel Sena
  Il-Ħidma t’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja tal-Bniedem
     Lettur: P. Manwel Schembri, O.C.D.
      
Dan il-module jesplora l-misteru tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla lill-bniedem waqt li jippreżenta temi dinamiċi li juru l-modi ta’ kif Alla wera lilu nnifsu matul iż-żminijiet biex jidħol f’relazzjoni mal-bniedem u jikkomunika miegħu.


Is-Sibt 3 ta’ Ottubru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm

It-Tweġiba tal-Bniedem lil Alla

Lettur: P. Juan Debono, O.C.D.
      
Dan il-module jesplora kif il-bniedem matul iż-żminjiet laqa’ r-rivelazzjoni gradwali ta’ Alla u jidħol fid-dinamiċità ta’ dan il-ftuħ għal din il-ftuħ għall-misteru tar-Rivelazzjoni gradwali ta’ Alla. Dan il-proċess dinamiku jinkludi passi ‘il quddiem fil-mixja tal-bniedem lejn Alla, reżistenzi, u passi lura li l-bniedem jagħti sa ma jasal għal tweġiba tal-għotja sħiħa lil Alla.

Is-Sibt 14 ta’ Novembru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
L-Istorja tal-Ispiritwalità Nisranija

    Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
      
F’dan il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn kuntesti storiċi u persunaġġi ewlwnija li sawwru l-ġrajja tal-Ispiritwalità Nisranija matul żewġ millennji. Il-Perjodi li se jiġu trattati huma:
1.     Iż-Żmien Patristiku
2.     Iż-Żminijiet tan-Nofs
3.     Iż-Żmien Modern
4.     Iż-Żmien Post-Modern


Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2015
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra
Diversi letturi esperti fit-tradizzjoni rispettiva tagħhom. Ko-ordinaturi P. Alexander Vella, O.Carm. u P. Glen Attard, O.Carm.
      
F’dan il-module nagħtu ħarsa ħafifa lejn it-tradizzjoni Lhudija, Ortodossa, Anglikana u Iżlamika. L-għan huwa li naraw perspettivi differenti ta’ kif il-bniedem jagħmel esperjenza ta’ Alla fil-ħajja tal-fidi u f’kuntest ta’ reliġjon.

Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016
09.30am – 12.15pm
02.30pm – 06.00pm
It-Tfittxija t’ Alla fid-Dinja Kontemporanja
Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.
      
F’dan il-module nippruvaw inwieġbu l-mistoqsija dwar jekk il-bniedem għadux ifittex lil Alla. Jekk iva, kif? Jekk le, għaliex? X’inhuma s-sinjali u s-sensibilitajiet li għandna nfittxu li ngħarfu fid-dinja ta’ żmienna biex ngħinu lill-bniedem ta’ llum ifittex lil Alla.

Is-Sibt 13 ta’ Frar 2016
09.30am – 12.15pm

02.30pm – 06.00pm

No comments:

Post a Comment