04 June 2015

KORS BAŻIKU TA' SPIRITWALITÀ KARMELITANA - 2015-2016

Għal din is-sena wkoll il-Carmelite Institute Malta qiegħed joffri korsijiet ta’ formazzjoni għall-ħajja spiritwali lill-pubbliku in ġenerali. F’ ħidma mal-Pastoral Formation Institute qed tingħata l-possibilità, għal min irid, li dawn il-korsijiet ikunu akkreditati bħala Higher Education Certificate Award skont il-Malta Qualifications Framework.
Tibqa’ l-possibilità li wieħed jattendi biss għal dawn il-korsijiet mingħajr ma japplika għal Higher Education Award. F’dan il-każ jingħata ċertifikat tas-sehem fil-modules.
Is-Sena Akkademika fil-Carmelite Institute Malta tiftaħ nhar il-5 ta’ Ottubru 2015. fil-Kunvent tal-Karmnu, l-Imdina, li huwa s-sede tal-Carmelite Institute Malta.
Kors Bażiku ta’ Spiritwalità Karmelitana

Il-kors jinqasam fuq sentejn u jsir f’forma ta’ seminar modules.

L-applikazzjoni għal Higher Education Certificate Award tiswa 100 Ewro per annum li tinkludi l-modules, is-sehem fl-elective modules u l-materjal għall-istudju, kif ukoll faċilità tal-użu tal-Bibljoteka. Għal min jixtieq jattendi l-lezzjonijiet biss mingħajr ma japplika għall- Higher Education Certificate Award l-applikazzjoni tiswa’ 60 Ewro. Il-ħlas jista’ jinqasam mal-bidu ta’ kull semestru jew ukoll jinqasam mal-bidu ta’ kull module.

Għal min jixtieq jattendi għal-modules speċifiki biss l-appikazzjoni tiswa’ 20 Ewro għal kull module. 

Mal-applikazzjoni jintbagħat il-programm dettaljat tad-dati u l-ħinijiet li fihom isiru s-seminar modules

Modules
L-Ewwel Selezzjoni

Modules                                                                                       
1.Il-Ħidma ta’ Alla fil-Ħajja u fl-Istorja tal-Bniedem                     
2.It-Tweġiba tal-Bniedem lil Alla                                              
3.L-Istorja tal-Ispiritwalità Nisranija
4.Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra:
 5.It-Tfittxija ta’ Alla fid-Dinja Kontemporanja    
                   
It-Tieni Selezzjoni
Modules                                                                                       
1. Il-Pedamenti u l-Qċaċet tal-Ispiritwalità Karmelitana       
2. L-Iżvilupp tal-Iskejjel tal-Ħajja tat-Talb fit-Tradizzjoni Karmelitana  
3. Il-Kontemplazzjoni fil-Karmelu: Twaħħid mas-Salib ta’ Ġesù
4. Il-Proċess ta’ Trasformazzjoni
                                                                                                     

Elective Modules (għażla ta’ tnejn)
5. Santa Tereża ta’ Ġesù: Il-Ktieb tal-Għamajjar
6.Santa Tereża ta’ Ġesù: Il-Ktieb tal-Ħajja
7.Il-Verġni Marija fil-Ħajja Spiritwali
8. Il-Fidi fl-Esperjenza tagħna ta’ Alla
9. L-Ispiritwalità u l-Allegorija
                                                                                                     
                                                                                                                          
Il-lingwa li biħ jingħata l-kors:
Malti  u bl-Ingliż skont il-ħtieġa

Post fejn isiru il-Korsijiet:
Carmelite Institute Malta, Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegiagnon, L-Imdina.
Għal aktar informazzjoni u biex tirċievi l-prsopectus ikkuntattja lil
Carmelite Institute Malta:

Mob.: 79253316

No comments:

Post a Comment