11 June 2014

Spiritual Journeys Series – Santa Tereza ta’ Gesu

Mill-Gimgha 13 sal-Hadd 15 ta’ Gunju 2014

F’dan is-seminar nagħtu ħarsa ħafifa u bażika lejn il-ħajja ta’ Tereża ta’ Ġesù u l-esperjenza mistika tagħha. Dan ngħamluh billi nanalizzaw dak li hi nnifisha tgħidilna dwarha nnifisha mill-perspettiva tal-ħajja spiritwali b’mod speċjali fil-Ktieb imsejjaħ “It-Triq tal-Perfezzjoni”. Fis-seminar inżuru temi li joħorġu minn dan il-ktieb u li nsibuhom ukoll f’kitbiet oħra ta’ Santa Tereża.