23 April 2009

Kors Marjan

Kors żgħir fuq il-Madonna

Il-Carmelite Institute Malta qed itella` kors żgħir fuq il-Madonna miftuħ għal kulħadd. Il-Kors huwa maqsum f’seba’ lezzjonijiet imqassmin darba fil-Gimgħa kull nhar ta` Erbgħa filgħodu mid-9.30 sal-11.30. Il-lezzjonijiet jibdew fis-6 ta’ Mejju fil-Carmelite Institute, Kunvent tal-Karmnu, Triq Villegaignon, l-Imdina’. Il-ħlas jintbgħat mar-reġistrazzjoni jitħallas fil-bidu tal-kors.
Għal aktar informazzjoni ibgħat e-mail fuq carmeliteinstitute@gmail.com
It-temi trattati huma dawn:
6 ta` Mejju - Marija fil-Bibbja
Rev. A. Vella, O.Carm.

13 ta` Mejju - Marija fil-ħajja u t-Tagħlim tal-Knisja
Mgr. Dr Joseph Farrugia

20 ta` Mejju - Marija fil-Liturgija u d-Devozzjoni Popolari
Rev. Dr J. Manicaro

27 ta` Mejju - Marija fil-Knejjes tal-Lvant u fil-Knejjes tar-Riforma
Mgr. Dr Joseph Farrugia

3 ta` Gunju - Marija fl-Islam
Rev. Dr J. Ellul, OP

10 ta` Gunju - Marija fl-Arti Barokka f'Malta
Dr. K. Sciberras

17 ta` Gunju - Marija fil-Karmelu
Rev. Dr C. Camilleri,O.Carm.

No comments:

Post a Comment